Grupp PPE

Termini u kundizzjonijiet

Termini u kondizzjonijiet għall-Kompetizzjoni tal-Kitba – “X’inhi l-isfida li jmiss għall-Unjoni Ewropea, u kif nistgħu nħejju ruħna għaliha?”

Ir-regoli dwar l-eliġibiltà tal-parteċipanti:

    • Il-parteċipanti jeħtieġu li jkunu studenti mhux iggradwati (li jkunu għamlu tal-inqas tliet snin ta’ studju jew sitt semestri b’Università jew fi stituzzjoni ekwivalenti ta’ edukazzjoni iktar għolja) jew studenti ggradwati sa 26 sena li huma ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.
    • Min jidħol għall-kompetizzjoni jeħtieġ li jkollu għarfien tajjeb (mill-inqas livell B2) ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE li għandha tkun jew l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż.
    • Jeħtieġ li ma jkunx/tkunx ingħata/ingħatat apprendistat imħallsa fl-istituzzjonijiet tal-UE jew li għad ma kellhomx impjieg bi ħlas full time wara li lestew l-istudji tagħhom.

Ir-regoli dwar is-sottomissjonijiet:

    • Analiżi u rakkomandazzjonijiet oriġinali u li ma kienux ippubblikati biss dwar il-mistoqsija.
    • Is-sottomissjonijiet jeħtieġ li jinkitbu bl-Ingliż.
    • Is-sottomissjonijiet jeħtieġ li jinkludu introduzzjoni qasira, l-intenzjoni u l-opinjonijiet tiegħek kif ukoll il-motivazzjoni tiegħek biex issolvi l-problemi li identifikajt.
    • Il-format jeħtieġ li jkun Times New Roman 12, bi spazju bejn il-linji ta’ 1.5.
      In-numru ta’ kliem huwa ta’ massimu 2000 kelma (madwar 4 paġni).
    • Fajls PDF biss ser jiġu aċċettati.
    • Il-kopirajt ser tiġi trasferita lill-Grupp tal-PPE ladarba x-xogħol jiġi sottomess. Meta tissottometti x-xogħol tiegħek tkun qed taqbel li tittrasferixxi l-kopirajt (u d-drittijiet relatati) tax-xogħol li ssottomettejt lill-Grupp tal-PPE. Dan it-transfer jinkludi d-dritt tat-tqegħid ta’ filmati fil-pubblikazzjonijiet u fil-verżjonijiet sussegwenti kollha (inkluż traduzzjonijiet u adattazzjonijiet) tal-artiklu fi kwalunkwe midja (soċjali), li huma magħrufa issa jew li jiġu żviluppati iktar tard, kif ukoll it-tqegħid tal-pubblikazzjonijiet rilevanti kollha tal-Grupp tal-PPE fil-midja kollha magħrufa issa jew li jiġu żviluppati iktar tard.

Premji:

  • L-ewwel 3 rebbieħa ser jingħataw l-opportunità unika li jlestu traineeship imħallsa ta’ 5 xhur (Settembru 2024 – Jannar 2025) mal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew.
  • L-ewwel 10 parteċipanti se jirċievu stedina għall-Ġimgħa taż-Żgħażagħ tal-Grupp tal-PPE li jmiss fi Brussell.

Ir-rebbieħa se jitħabbru nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju 2024 fin-12h00 CET u se jiġu infurmati permezz ta’ email.

Ġudizzju:

L-entraturi eliġibbli ser jiġu ġġudikati minn selezzjoni ta’ Membri tal-Parlament Ewropew u amministraturi esperti responsabbli għat-tema magħżula.
Ser ikunu ġġudikati abbażi tal-kwalità, tal-oriġinalità u tal-kreattività tal-isfidi, l-idejat u s-soluzzjonijiet li jiġu identifikati kif ukoll dwar l-użu tal-Ingliż.

Nixitiequ ngħarrfuk li din hija traduzzjoni ta’ korteżija biss, u t-T & Cs uffiċjali huma bl-Ingliż (ikklikkja hawn biex taqrahom). (ikklikkja hawn biex taqrahom).