Grupp tal-PPE

Jiem l-Ewropa 2024

#EPP4Youth

Iċċelebra Jum l-Ewropa magħna fi Brussell u fi Strażburgu!

Iċċelebra Jum l-Ewropa magħna fi Brussell u fi Strażburgu! Skopri dwar l-Ewropa, kun kreattiv u irbaħ il-premji li jinsabu fl-Istand tal-Grupp tal-PPE.
Jum l-Ewropa jiċċelebra l-kisbiet u l-unità tal-Ewropa, għall-kommemorazzjoni tal-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman fid-9 ta’ Mejju tal-1950. Jum l-Ewropa huwa wkoll opportunità għaċ-ċittadini biex jaraw kif jidher minn ġewwa l-Parlament Ewropew.

Ġib lill-familja u l-ħbieb tiegħek u skopri kif jaħdem il-Parlament Ewropew u dwar dak li aħna, il-PPE, bħala l-akbar u l-eqdem Grupp fil-Parlament Ewropew, nagħmlu għalik.
Il-membri tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew se jkunu hemm biex jiddiskutu kwalunkwe ħaġa li tixtieq tkun taf dwar l-UE u l-Parlament tagħha.

Ejja u ngħaqad magħna għal…

      • Quiz fuq il-post biex tittestja l-għarfien tiegħek dwar l-UE u tirbaħ il-premji
      • Ħafna attivitajiet ta’ divertiment u edukazzjoni fiż-Żona tat-Tfal
      • L-opportunità biex tidħol f’kompetizzjoni tal-kitba għal studenti tal-ewwel grad u dawk gradwati u biex tirbaħ it-traineeships
      • U ħafna aktar…
  • Aħna ħerqana biex narawk ħdejn l-Istand tal-Grupp tal-PPE tagħna!

Brussell

Il-Parlament Ewropew jiftaħ il-bibien tiegħu liċ-ċittadini fi Brussell: Nhar is-Sibt, 4 ta’ Mejju 2024, mill-10 sas-18:00 hrs (l-aħħar dħul: 17:30 hrs).

Strażburgu

Il-Parlament Ewropew jiftaħ il-bibien tiegħu liċ-ċittadini fi Strażburgu: Nhar is-Sibt, 27 ta’ April 2024, mill-10 sas-18:00 hrs (l-aħħar dħul: 17:30 hrs).

Post

Fit- tielet sular tal-bini SPINELLI (qrib il-VoxBox)
Rue Wiertz 60, 1047 Ixelles, Belgium

Post

WEISS building, Level 1, Galerie Nord
1 All. du Printemps, 67000 Strasbourg, France