Grupp PPE
Kompetizzjoni Robert Schuman b’Komponiment
#EPP4Youth
Data tal-għeluq: 12 ta’ Ġunju 2023

Inti student/a Ewropew/Ewropea li għadek ma ggradwajtx jew diġa iggradwat/a u għandek għal qalbek it-tfassil tal-futur tal-UE?
Trid tirbaħ iċ-ċans li tkun it-trainee li jmiss tal-Grupp tal-PPE?
Mela hawn huwa l-post it-tajjeb GĦALIK:
Merħba fil-Grupp tal-PPE għar-Robert Schuman Kompetizzjoni tal-Essays 2023!
Fil-Grupp tal-PPE, qed infittxu l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ nies, li huma kapaċi jfasslu l-politika. Għalhekk qiegħdin nistidnuk tikteb il-manifest tiegħek stess u tipproponi soluzzjonijiet għal sfidi speċifiċi.
Ikteb essay fuq is-suġġett: “X’inhuma l-ideat tiegħek rigward kif nistgħu inżidu l-impenn taż-żgħażagħ fl-Ewropa?”
Premjijiet:
It-tliet rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-Essay ser jirċievu ‘Traineeship’ imħallas ta’ 5 xhur (Settembru 2024 – Jannar 2025) mal-Grupp tagħna, l-PPE, fi Brussell.
L-aqwa 10 parteċipanti ser jirċievu stedina għall-Ġimgħa taż-Żgħażagħ tal-PPE mill-4 – 7 ta’ Settembru 2023 ġo Brussell.
Tul ta’ żmien: Il-kompetizzjoni tagħna ser tibda mill-1 ta’ Mejju sat-12 ta’ Ġunju 2023.
Ir-rebbieħa ser jitħabbru nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju 2023 @ 12h00 u ser jiġu nfurmati permezz ta’ email.
Biex issir taf aktar rigward ir-Regoli u l-Kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. TGĦALLEM IKTAR
Kun ispirat!
Agħti ħarsa lejn ix-xogħol tar-rebbieħa tagħna tal-kompetizzjonijiet essay ta’ Robert Schuman 2021 u 2022.
Submission Form
